Ansjetà Oħra Poem by Adrian Grima

Ansjetà Oħra

Kieku nista',
inġorr dir-riħa tan-nagħniegħ ma' mnifsejja,
naqla' l-iskaldi ta' l-ansjetà bil-ponta u l-vini
tal-weraq aħdar tiegħu,
nintelaq minn tuli qalb ix-xtieli mxarrba
taħt xemx nieżla
u nibla', boqqa boqqa,
dir-riħa skunċertanti.

Imma din mhix ħlief ansjetà ġdida,
poeżija oħra inutli,
diskors imlissen biex jimla l-karta ta' l-eżami tal-moħħ
li jgħarraq lill-qalb f'xewqatu.

Ansjuża din l-ansjetà li tfuħ.

COMMENTS OF THE POEM
READ THIS POEM IN OTHER LANGUAGES
1 / 5
Adrian Grima

Adrian Grima

St. Julian's
Close
Error Success