Int dejjem trid tmur timxi fejn il-baħar,
minn kullimkien trid tara l-fond u l-blu;
tinsisti li trid togħla 'l fuq miċ-ċinta,
avolja kbirt u l-biża' jafek hu.
Bil-ġebla f'idek trid tinħabb u tinki,
trid tara fejn se tinżel, daharha lejk.
Int trid titbaħbaħ bħalha f'baħar mibdi,
trid timxi msaħħar bl-ilma jgħum f'għajnejk.
Il-qamar ħadlu postu l-mewġ imriegħed,
il-bogħod, is-skiet m'għadhomx jikkuntentawk.
Hemm baħar sħiħ imċafċaf tiela' miegħek,
hemm ħoss ta' ġebla u fond jitturmentawk.
This poem has not been translated into any other language yet.
I would like to translate this poem