Ħofor Suwed Poem by Adrian Grima

Ħofor Suwed

Mara li taqra x-xorti,
għidli jekk hemmx biżżejjed riżq fil-pala t'idi.
Għax jekk m'hemmx,
naqleb il-mejda bik b'kollox,
u naqbad l-ewwel ajruplan lejn il-ħofor suwed
li ma jinħbewx wara l-ħżuż ta' jdejna.

COMMENTS OF THE POEM
READ THIS POEM IN OTHER LANGUAGES
Close
Error Success