Dit-Tagħbija Barranija Poem by Adrian Grima

Dit-Tagħbija Barranija

Lanqas taħt id-doċċa ma jeħfief dal-piż.
Il-misħun jaħbat 'l hawn u 'l hinn bla kwiet
imma dahri jibqa' maqbud
ġo did-diqa trasparenti.
Dirgħajja ma jintelqux,
lanqas ma' ġenbejja,
u ndur ġo dal-kwadru nkejjuż
qisni tapp tas-sufra dieħel lura f'postu.
Nistenna l-misħun dejjem ġej
imma dit-tagħbija barranija ma trid teħfief b'xejn.

COMMENTS OF THE POEM
READ THIS POEM IN OTHER LANGUAGES
Close
Error Success