Kieku nista’ sab inhollu
u ndommu zmeraldi
wahda wahda,
ghalik u ghalija
jew ghalik biss jekk trid.
U minn inzul ix-xemx imdieheb
f’xi lejla sajfija kieku nista’,
nisraq l-ilwien
u bihom inzewqek biex
isbaħ dejjem narak.
U ghal qamar kieku nista’,
ngharrex bil-lejl
fil-medda tas-sema kewkbija,
sabiex fih insib u nhobb lilek
f’xi festa sajfija.
Kieku nista’ kieku nista’.
This poem has not been translated into any other language yet.
I would like to translate this poem