Kanċellazzjoni tal-Istorja lil Khaled Poem by Adrian Grima

Kanċellazzjoni tal-Istorja lil Khaled

Meta telqu s-suldati
ried jerġa' jmur fiċ-ċella fejn għawġuh,
bħalma tnalja tobrom xewket id-dahar
sakemm tismagħha tfaqqa' -
it-tnalja.
Ried jisfida,
imqar għal darb'oħra,
il-kanċellazzjoni ta' l-istorja.

Fiċ-ċella seta' jerġa' jonoraha,
u ebda tluq, u ebda firma,
u ebda propaganda mqanqla
ma setgħu
jifirduha mill-memorja.

COMMENTS OF THE POEM
READ THIS POEM IN OTHER LANGUAGES
Close
Error Success