TAL-ĠELATI jew it-tropikalizzazzjoni tal-Mediterran* Poem by Adrian Grima

TAL-ĠELATI jew it-tropikalizzazzjoni tal-Mediterran*



Parts of North and South America, northern Europe and northern and central Asia have been getting wetter since 1900, and the Sahel, the Mediterranean, southern Africa and parts of southern Asia are getting drier.
"The heat is on: the race to find innovative solutions to climate change" Euroabstracts, April 2007

Il-baħar qed jogħla, qed jibla' r-ramliet,
fejn bejtu minn dejjem il-fkieren
li jieklu mill-bram bil-mijiet.
Il-baħar qed jisħon, qed jikber, u miegħu
il-bram qed jiżdied;
ifekren bla sabar fejn qabel kont tara kif folla
tinvadi bla ħniena l-bajjiet.

It-tfal mhux qed jgħumu,
mhux jgħoddsu bil-flippers,
mhux jibnu l-kastelli u jħaffru l-passaġġi
li jċedu bħas-silġ taħt in-nar;
mhux jiġu t-turisti, bil-ġilda ġa roża,
bl-umbrella tal-kiri, bit-tifel jippoża,
bis-sunblock jiddewweb
taħt xemx tarmi r-raġġ' ultra vjola.

U m'hawnx tal-ġelati.
Qed jarma, qed jgħidu,
faċċata tal-bieb ta' l-iskola,
Il-baħar bla ndiema,
bla ħniena,
qed jogħla.

COMMENTS OF THE POEM
READ THIS POEM IN OTHER LANGUAGES
Close
Error Success